Il-Pulizija f’Chicago arrestaw adoloxxenti ta’ 14-il sena wara li xandar fuq Facebook Live l-mument li grupp ta’ subien abbużaw sesswalment tifla.
Huwa qed jiġi akkużat b’abbuż sesswali u li xerred fuq il-midja soċjali pornografija li tinvolvi t-tfal. Il-pulizija spjegat li dan it-tifel huwa l-ewwel wieħed minn dan il-grupp li wettaq l-abbuż sesswali li qed jitressaq il-Qorti b’dawn l-akkużi u li se jkunu qed isiru aktar arresti b’rabta ma’ dan il-każ. Il-Pulizija filfatt, qed tfittex aktar minn sitt żgħażagħ li jidhru f’dan il-filmat.
Kelliem għall-Pulizija qalet li fil-filmat jidhru l-aktar il-partijiet intimi tat-tifla u tas-subien u għalhekk l-investigazzjoni hija waħda diffiċli hekk kif wiċċ is-suspettati ftit li xejn jidher.