Stqarrija tal-Gvern ħabbret li l-Malta Maritime Security Committee kien ilu jiltaqa’ minn kmieni dalgħodu bil-għan li jissorvelja s-sitwazzjoni tal-bastiment.
Il-kumitat, li hu magħmul mill-awtoritajiet kollha relevanti b’rabta mas-sigurtà marittima u, f’dan il-każ, dik tal-ajru.
Waqt li ġie mtenni l-obbligu ta’ Malta li tħares it-trattati u l-liġijiet internazzjonali, il-kumitat iċċara li, fl-ebda ħin fl-aħħar 48 siegħa, ma kien hemm xi ajruplan jew opra tal-baħar b’rabta mal-każ li daħlet fit-territorju tal-ajru jew tal-baħar ta’ pajjiżna, kif jingħad f’rapporti internazzjonali.
Għaldaqstant l-integrità territorjali ta’ Malta qatt ma ġie kompromess f’xi ħin.
Il-Gvern qal li l-pajjiż qed jipprovdi l-assistenza lill-bastiment, b’konformità mal-liġi internazzjonali.
AQRA AKTAR: