Pakistani ta’ 40 sena’ tilef ħajtu wara waqgħa minn għoli ta’ ħames sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Salvu Astarita, f’Ħaż-Żabbar, għall-ħabta tas-sitta tal-lejla.
Fuq il-post marru l-Pulizija u ħaddiema mis-servizzi mediċi, fosthom anki t-tobba mill-emerġenza. Iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Uffiċjali tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, ukoll jinsabu fuq il-post.
Bil-każ ġie informat il-Maġistrat Ian Farrugia li fetaħ inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.