Malta kisbet midalja tad-deheb oħra fil-Kampjonati tal-Mediterran li qed isiru t-Turkija.
Id-deheb waslet fil-kompetizzjoni tat-timijiet, bit-team malti jkun kompost mill-plejers: Mauro Anastasi , Cynthia Frendo Duca , Sue Abela u Nicholas Muscat.
Il-maltin, taħt it-tmexxija tal-kowċ Mark Spiteri, marru fuq quddiem wara tliet logħbiet u minn hemm ‘il quddiem żammew l-ewwel pożizzjoni sal-aħħar. Huma temmew il-kompetizzjoni fl-ewwel post b’total ta’ 936 punt.
L-erba’ bowlers maltin irnexxielhom ukoll jikkwalifikaw għall-kompetizzjoniji Masters ta’ għada.
Din kienet ir-raba’ midalja għal Malta f’dawn il-kampjonati. Il-midalji l-oħra kienu waħda deheb fid-doppji femminili u tnejn fidda fid-doppji maskili u l-individwali maskili.
