Nhar il-Ħadd, is-27 ta’ April, l-Island Car Club organizza r-raba’ rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Hillclimb tal-2025 fil-limiti ta’ Mtahleb fir-Rabat.
Matthew Zammit ħareġ bħala r-rebbieħ fost is-sewwieqa kollha. Zammit kien segwit minn Terence Vella u Christian Azzopardi, li wkoll kellhom prestazzjoni mill-aqwa.
Joseph Calleja kien l-aktar veloċi fost il-kompetituri tal-Four Wheel Drive, filwaqt li Noel Galea rebaħ il-kategorija Rear Wheel Drive, u Nicholas Micallef rebaħ il-kategorija Front Wheel Drive.
Roberto Gauci ddomina fost il-karozzi klassiċi, Sascha Blanco kien l-aktar veloċi fost is-sewwieqa tal-karozzi tat-triq, filwaqt li Whitney Hili kienet l-aktar kompetitriċi femminili veloċi.
Jesmond Mangion rebaħ il-kategorija veterana għal sewwieqa ta aktar minn 60 sena, filwaqt li Kyle Agius kien l-aktar veloċi taħt il-25 sena, u Josef Abela rebaħ il-klassi Guest.
Hekk kif il-kompetizzjoni qed tizdied, issa qegħdin f’nofs il-kampjonat bil-ħames rawnd, li se jsir f’Għawdex.
Il-Kampjonat Nazzjonali qed jiġi organizzat minn Island Car Club Malta u appoġġjat minn Enemed, Transport Malta, England Insurance, MeDirect u The Point.