Illum kulħadd għall-Belt Valletta. Ċelebrazzjonijiet kbar mill-Partit Laburista f’Jum il-Ħaddiem.
Dan hekk kif fl-ewwel jum ta’ Mejju se jsir il-mass meeting indirizzat mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, flimkien mad-Deputat Prim Ministru Ian Borg u d-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba.
Kollox se jibda fis-2:30pm fi Pjazza Kastilja bis-sehem tal-banda tal-Partit Laburista.
Fit-3:00pm il-folla timxi lejn Triq il-Merkanti fejn se jkun hemm ċelebrazzjonijiet kbar, b’kantanti Maltin, fosthom Glen Vella, Janvil u Mary Spiteri, u kif ukoll il-grupp internazzjonali FRAGMA.
Illum kulħadd għall-Belt.