Malta rebħet żewġ midalji oħra fil-Kampjonat tal-Mediterran tal-Bowling f’Ankara t-Turkija.
Wara r-rebħ tal-fidda minn Mauro Anastasi t-Tlieta, l-Erbgħa intrebħu midalja tad-deheb u oħra tal-fidda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-deheb intrebħet fil-Ladies Doubles permezz tal-koppja Cynthia Frendo Duca u Sue Abela.
Aktar kmieni intrebħet ukoll midalja tal-fidda fil-Men’s Doubles permezz ta’ Mauro Anastasi u Nicholas Muscat.

