Hamrun għelbu lill-Marsaxlokk fit-Tony Bezzina biex ħadu dak li riedu mill-konfront, liema rebħa daħlithom fil-final 4 meta issa huma se jilgħabu kontra Floriana.
Marsaxlokk kienu mingħajr Alex De Aguiar Gomes li kien qed jiskonta partita sospensjoni, filwaqt li għal Hamrun kien hemm Emerson Marcelina u Kariou neqsin minħabba injury.
L-ewwel azzjoni tal-partita waslet wara tliet minuti logħob minn Marsaxlokk meta kien Jorge Ailton Soares li prova xutt mid-distanza li għadda barra. Ħames minuti wara u mill-ġdid Marsaxlokk meta Jose Ulises Arias tefa’ ballun l-quddiem lejn Yuri Messias li kellhu l-konklużjoni tiegħu tispiċċa għoli.
Mal-kwarta logħob wasal l-ewwel ċans ta’ Ħamrun Spartans meta kien corner ta’ Jovan Cadenovic u d-daqqa ta’ ras ta’ Roko Prsa għaddiet ftit għoli. Tliet minuti wara u reġgħu Ħamrun meta kien freekick dirett minn barra l-kaxxa ta’ Jovan Cadenovic bil-goalkeeper Matthew Calleja Cremona jsalva mingħajr problemi.
Fil-21 minuta ċans ieħor għal Marsaxlokk meta wara żball difensiv ta’ Ħamrun approfita l-ex Jorge Ailton Soares li daħal fil-kaxxa bix-xutt tiegħu jkun mtajjar f’corner minn fuq l-linja minn Ognjen Bjelicic.
Fl-azzjoni li segwit fit-32 minuta Ħamrun Spartans marru fil-vantaġġ meta kien hemm xogħol tajjeb ta’ Joseph Mbong li tefa’ ballun l-quddiem lejn Raphael Lopes Silva li avvaza u minn ġol-kaxxa tefa’ wara l-goalkeeper Calleja Cremona u s-supporters Ħamrunizi f’dillirju ta’ ferħ.
Fl-aħħar azzjoni ta’ l-ewwel taqsima kien freekick Enmy Manuel Pena Beltre ta’ Marsaxlokk u Sven Xerri kien pront u bir-ras tajjar l-periklu.
Fl-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima propju fl-54 minuta kienu Hamrun Spartans li ħolqu periklu serju meta Roko Prsa tefa’ ballun tajjeb l-quddiem lejn Redon Mihana li wara li avvanza kellu ċ-ċans tiegħu minn ġol-kaxxa jkun newtralizzat minn Matthew Calleja Cremona.
Tlett minuti wara kienu Marsaxlokk b’ xutt ta’ Yuri Messias li għadda għoli.
Minuta wara u għall darbohra kienu Marsaxlokk bi freekick minn barra l-kaxxa ta’ Nikolai Muscat, bil-goalkeeper ta’ l-Spartans Henry Bonello jdawwar f’corner.
Fis-70 minuta kienu Ħamrun meta kien Jovan Cadenovic li tefa’ ballun l-quddiem lejn Joseph Mbong li avvanza u kellu x-xutt debboli tiegħu jkun salvat bla problemi minn Matthew Calleja Cremona.
Kwarta mit-tmiem u kien s-sostitut Daniel Letherby li resaq viċin għall-Hamrun meta d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit għoli.
Mat-tokki ta’ 90 minuta kien hemm cross shot ta’ Leandro Aguirre għal Marsaxlokk li għadda kemm kemm barra mil-lasti difiżi mil-goalkeeper Henry Bonello.
Fl-aħħar azzjoni Marsaxlokk kien għoddom skurjaw l-goal tad-draw meta Emanuel Lopez kellu x-xutt tiegħu minbarra l-kaxxa li kien devjat mid-difiża Ħamruniża ħabat mas-sieq l-lasta iżda finalment kien Henry Bonello li n-newtralizza l-azzjoni.
Referee: Malcolm Spiteri