L-eks Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad xhieda, li ngħatat dalgħodu fil-Qorti meta kompla s-smigħ tal-ġuri b’rabta ma’ żewġ omiċidji f’pajjiżna, fosthom dak ta’ Daphne Caruana Galizia, fejn issemma bħala li ħallas lil xi ħadd biex titpoġġa l-bomba fl-2017.
B’referenza għat-tkomplija tax-xhieda ta’ Nicole Brignone, eks priguniera bi storja twila kriminali u ta’ droga, li kompliet tingħata l-Erbgħa filgħodu, Dr Muscat iddikjara li din hi gidba faħxija mill-bidu sal-aħħar.
F’messaġġ fuq Facebook, l-eks Prim Ministru fakkar li kien il-Gvern immexxi minnu li ġab l-esperti barranin li, permezz tagħhom, inqabdu l-persuni li diġà ammettew li wettqu r-reat.
“Jien qatt ma ġejt informat b’din l-allegazzjoni mill-inkwirenti u qatt ma ntlabt nixhed dwarha,” temm jgħid Dr Muscat
Aqra Aktar: