”Incredible…this is crazy….I’m simply blown away!” kienu l-kelmiet li stqarr it-tenur Malti Cliff Zammit Stevens hekk kif ra t-talent tat-12-il semifinalista li fadal ta’ BRILLANTI SINGERS hekk kif ingħaqad mal-ġurija professjonali flimkien ma’ Nate Morrison, Sara Harrison u Greta Manuzzi għar-4 semifinali ta’ dan l-istaġun.

Din il-ġimgħa, t-12- il semifinalista li fadal li lkoll qed jittamaw li jirbħu t-total ta’ €30,000 ser jaffaċċaw waħda mill-aktar sfidi diffiċli li s’issa qatt kellhom jegħlbu: Reverse Roles fejn semifinalist maskili irid jagħżel kanzunetta kantata minn vuċi femminili u viċeversa!
Is-segwaċi tal-programm, ilestu ruħhom għall-sorpriżi u emozzjonijiet kbar għaliex għalkemm hemm sentiment ta’ familja bejn l-istess semifinalisti, lkoll kemm huma jafu li żelqa waħda, anke żgħira twassal għal dak is-semifinalist li jkollu jippakkja u jaqbad triqtu lejn id-dar.
Min ser ikunu ż-żewġ semifinalisti li ser jgħaddu għas-Sing off din il-ġimgħa u ta’ min l-avventura tiegħu tintemm ħesrem?
BRILLANTI SINGERS jixxandar l-Erbgħa fid-8:45pm fuq ONE