B’reazzjoni għas-sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-qafas leġiżlattiv tal-programm sar biex bih il-poplu Malti u Għawdxi jgawdi, u tul dawn is-snin il-pajjiż gawda mhux ftit.
Tenna li kważi biljun u nofs ewro li investejnihom fin-nies fosthom fil-mumenti tal-prova, bħal waqt pandemija, biex salvajna l-impjiegi u n-negozji żgħar u medji u biex konna ta’ spalla ma’ min hu marid u l-aktar vulnerabbli, u m’għaqdiet volontarji li jwettqu ġid straordinarju.
“Kien hemm min rewwaħ kontra pajjiżna biex akkwista kariga u xewwex u għamel ħsara kemm felħu kontra dan il-qafas, u llum qed jogħrku idejhom u jiftaħru li pperikolaw dan il-ġid kollu. Il-kważi biljun u nofs ewro li pajjiżna ġab minn dan il-programm iriduhom jispiċċa.” żied jgħid il-Prim Ministru.
Huwa temm billi qal li aħna bħala Gvern se nibqgħu naħdmu favur l-interess tal-Għawdxin u l-Maltin billi filwaqt li nirrispettaw id-deċiżjoni tal-Qorti, fl-istess waqt u b’mod immedjat, se naraw li jkollna qafas li jkun konformi mas-sentenza biex b’hekk il-poplu jibqa’ jgawdi mill-ġid kbir iġġenerat.
Ara wkoll: