Waqt li pajjiżna ntlaqat minn maltemp bir-ragħad matul l-aħħar sigħat, Għawdex jidher li kien l-aktar li ġie affettwat.
Fost l-oħrajn, saret ħsara fil-lanterna tal-koppla tal-Knisјa ta’ Pompei fir-Rabat, Għawdex, li ntlaqtet minn sajjetta u nkiser ħafna mill-ħġieġ tal-lanterna. Bħalissa għaddeјјin bit-tiswiјiet u tindif tal-Knisja.
Sajjetta oħra laqtet il-koppla tal-Knisja tax-Xewkija, li kissret xi partijiet żgħar li waqgħu fi Triq San Pawl, li tiġi fuq wara tagħha. Għalkemm ma jidhirx li hemm xi periklu ulterjuri, it-triq ingħalqet bħala prekawzjoni.
F’kitba fuq Facebook, il-Ministru Clint Camilleri qal li, kif ġie informat, ta struzzjonijiet biex jitqabbad perit ħalli jevalwa s-sitwazzjonijiet. Hu żied li kien f’kuntatt mal-awtoritajiet konċernati, inkluż l-parroċċi u l-Kurja.
