Erbat itfal inqatlu u ħafna oħra kienu feruti meta karozza baqet dieħla f’binja ta’ kamp li jżomm it-tfal wara l-ħin tal-iskola. L-inċident seħħ it-Tnejn wara nofsinhar f’villaġġ qrib Springfield, Illinois.
L-awtoritajiet kienu msejħa fuq il-post b’telefonata li qalet li vettura kienet baqet dieħla fuq tliet persuni barra, saqet għal ġol-binja u wara laqtet persuna oħra qabel ma ħarġet minn naħa l-oħra.
Il-vittmi għandhom bejn 4 u 18-il sena. Diversi persuni ittieħdu l-isptar biex jingħataw il-kura għall-ġrieħi li ġarrbu.
Is-sewwieq tal-karozza, li kien waħdu fil-ħin tal-inċident, ma sofra l-ebda ġrieħi iżda ittieħed l-isptar għall-evalwazzjoni iżda għadu mhux magħruf jekk ġiex arrestat jew hux qed jinżamm mill-pulizija.