Is-Sirjan Ali Ahmad, li kien tressaq il-Qorti mixli b’kompliċità f’żewġ serqiet minn banek tal-lottu, reġa’ ffaċċja l-ġustizzja wara li kontrih inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew ix-xahar li għadda.
Is-Sirjan qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Griegi wara li, xi snin ilu, ikkommetta reat fil-pajjiż u nstab ħati in absentia, waqt li ġie kkundannat għaxar snin ħabs u mmultat ħamsin elf ewro.
Quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi t-Tnejn filgħodu, Ali Ahmad ikkonferma li hu l-persuna msemmija fil-mandat ta’ arrest Ewropew, iżda ma tax il-kunsens tiegħu biex jiġi estradit lejn il-Greċja.
Il-każ ikompli.