SOFTSWISS, kumpanija globali tat-teknoloġija bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Malta, dan l-aħħar ġabret flimkien lit-tim internazzjonali tagħha u l-imsieħba tagħha għal Young Fest, liema ċelebrazzjoni ta’ erbat ijiem saret fil-kosta tal-Mediterran. L-avveniment immarka l-aħħar pass importanti f’sensiela ta’ attivitajiet li saru b’rabta mall-15-il sena anniversarju, fejn qed ikun enfasizzat t-tkabbir kontinwu u tħaddin kulturali tal-kumpanija, li għandhom l-għeruq tagħhom fil-bażi f’pajjiżna.
Dak li beda fl-2009 bħala impriża bi tliet persuni, din kibret f’kumpanija ta’ aktar minn 2,000 impjegat, biċ-ċentru tal-operat tagħha ikun f’pajjiżna, flimkien ma’ ċentri ta’ żvilupp madwar il-Polonja u l-Georgia. Membri oħra tat-tim jaħdmu minn aktar minn 30 pajjiż, inklużi Ċipru, l-Italja, il-Portugall, il-Brażil, u l-Afrika t’Isfel, fejn dan jirrifletti l-approċċ ibridu ta’ SOFTSWISS. Minkejja din hija mifruxa mad-dinja, Malta tibqa’ l-ankra strateġika u kulturali tal-kumpanija, fejn għandha rwol ċentrali fl-għaqda tal-forza tax-xogħol diversa tagħha.

Fil-ħmistax-il sena li ilhom fin-negozju, SOFTSWISS evolviet f’sieħeb teknoloġiku ta’ fiduċja għal aktar minn 1,200 marka tal-iGaming madwar id-dinja, fejn il-Young Fest ħallat l-attivitajiet li jsaħħu lit-tim, sessjonijiet ta’ tagħlim, u wirjiet live flimkien ma’ atmosfera ta’ ċelebrazzjoni. Il-festival kellu diversi DJs bħal Little Big, Kasta, u Intelligency, anke b’wirjiet mill-membri tat-tim u l-imsieħba ta’ SOFTSWISS, inkluż il-fundatur Ivan Montik, li tela’ fuq il-palk bħala DJ.
Ivan Montik, fundatur ta’ SOFTSWISS, qal li jinsab kuntent li jinġabar kulħadd flimkien, b’jiem mimlija konverżazzjonijiet sinifikanti u spirtu ta’ festival, fejn anke jinsab kburi li wara 15-il sena fin-negozju, għadhom jżommu spirtu ta’ innovazzjoni, kuraġġ, u espressjoni personali. Qal li għalhekk Young Fest huwa riflessjoni perfetta ta’ din il-mentalità.
Liudmila Glasunova, Ko-Uffiċjal Kap tar-Riżorsi Umani ta’ SOFTSWISS, semmiet kif li jġibu flimkien 2,000 persuna minn 30 pajjiż għal erbat ijiem fuq il-kosta tal-Mediterran ma kinitx xi ħaġa faċli, però b’ħafna ħidma, din kienet opportunità importanti għal kulħadd biex jsaħħu r-rabta bejniethom.
SOFTSWISS hija kumpanija internazzjonali tat-teknoloġija b’aktar minn 15-il sena esperjenza fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-industrija tal-iGaming, fejn għandha numru ta’ liċenzji tal-logħob u tipprovdi softwear komprensiv għall-ġestjoni ta’ proġetti tal-iGaming. Il-portafoll tal-prodotti tal-kumpanija jinkludi l-Pjattaforma tal-Casino Online, Game Aggregator b’aktar minn 27,800 logħba tal-casino, il-pjattaforma Affilka Affiliate, is-Softwer tal-Isportsbook u l-Aggregatur tal-Jackpot. Il-kumpanija għandha aktar minn 2,000 impjegat.