Ir-Russja ħabbret tlett ijiem ta’ waqfien mill-ġlied bejn it-8 u l-10 ta’ Mejju li ġej, hekk kif il-pajjiż se jkun qed jiċċelebra r-rebħa fuq il-Ġermanja Nażista fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-Kremlin qal li l-President Vladimir Putin kien ordna waqfien totali tal-ġlied fuq bażi umanitarji għal Jum il-Vitorja li tkun iċċelebrata fid-9 ta’ Mejju. Dan il-waqfien se jidħol fis-seħħ minn nofs il-lejl tat-8 ta’ Mejju, ħin tar-Russja.
Il-President Amerikan Donald Trump, fi tmiem il-ġimgħa, ħabbar li kien se jżid fl-isforzi biex jintlaħaq ftehim għall-waqfien mill-ġlied totali.
Madankollu, Putin s’issa irrifjuta li jaċċetta waqfien mill-ġlied totali u bla kundizzjonijiet.