L-avventura ta’ LIQUORISH tkompli hekk kif fir-raba’ ġimgħa ta’ dan l-istaġun, is-sorpriżi ma jonqsux. X’se jiġri mill-koppja Jurgen u Violet?
Fil-programm ta’ din il-ġimgħa, naraw kif il-parteċipanti ta’ LIQUORISH se jkunu l-ewwel nies ta’ karnaġġjon ċar li jżuru Tribu tal-Fulani. Se jiġu milqugħa minn din il-komunità?

U x’se jiġri lejn l-aħħar tal-programm? LIQUORISH jibgħat messaġġ…
Ir-4 programm ta’ LIQUORISH jixxandar it-Tnejn 28 t’April fid-8:45pm fuq ONE. L-Avventura tkompli b’filmat qasir kuljum, fit-8:25pm mit-Tlieta sal-Ġimgħa.