Fi tmiem il-ġimgħa li-għaddiet, sar il-Major ta’ Mallorca tat-table football fejn kien hemm suċċess kbir għal Malta u Valletta.
Valletta Subbuteo Club rebħu il-kategorija tat-timijiet sabiex komplew bl-istaġun pożittiv tagħhom. Il-Beltin għelbu lil Murcia 2-1 fis-semifinali sabiex fil-finali iltaqgħu kontra Bormla fejn rebħu 3-0. It-tim ta’ Valletta kien kompost minn Jurgen Balzan, Samuel Bartolo, Derek Conti u Mark Gauci.
Fil-kategotrija Open, Samuel Bartolo wasal sas-semifinali fejn kien eliminat mill-eventwalment rebbieħ Carlos Flores 1-0. Mark Gauci wasal sal-kwartifinali filwaqt li Jurgen Balzan u George Ebejer waslu sal-aħħar sittax.
Fil-kategorija tal-Veterani, Jason Pisani wasal sas-semifinali fejn ukoll kien eliminat mill-eventwalment rebbieħ, John Field wara l-għoti tax-shots.
Il-parteċipazzjoni kienet possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.


