Fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless Sportiv ta’ Kordin u fil-gym tal-Kulleġġ De La Salle tkomplew il-kampjonati ewlenin organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Fl-ewwel partita mis-Superleague, iċ-champions Swieqi Phoenix Nium rebħu lil Flyers bl-iskor ta’ tliet sets għal xejn (25-23, 25-16 u 25-21). B’hekk it-team immexxi minn Leonard Zammit Munro u Justin Montesin baqa’ għaddej bil-mixja pożittiva. Min naħħa l-oħra fit-tieni partita, il-leaders Falcons immexxija minn Jacques Seifert resqu aktar viċin li jirbħu l-kampjonat. Dan meta rebħu lil Birkirkara 3-0 wkoll (25-9, 25-14 u 25-11).
Fl-uniku logħba mill-Ewwel Diviżjoni Depiro rebħu lil Swieqi Phoenix Challengers tliet sets għal xejn biex b’hekk ikkonsolidaw it-tieni post wara l-leaders Paola Executive Security.
Ir-riżultati kollha:
L-Ewwel Diviżjoni
Depiro Vs Swieqi Phoenix Challengers 3-0
Superleague
Swieqi Phoenix NIUM Vs Flyers 3-0
BKVC Vs Falcons 0-3
(Photo Caption – It-team ta’ Swieqi Phoenix Nium rebbieħ tal-logħba Superleague kontra Flyers / Azzjoni mill-partita Depiro kontra Swieqi Phoenix Challengers li saret fil-Kumpless Sportiv ta’ Kordin)
