Spettur tal-Pulizija jinsab sospiż mill-Korp tal-Pulizija u mistenni jiġi akkużat kriminalment b’fastidji sesswali fuq żewġ uffiċjali nisa li kienu jaħdmu taħt it-tmexxija tiegħu.
Jirriżulta li l-allegazzjonijiet bdew ftit tax-xhur ilu meta sar rapport anonimu kontrih, li wkoll skatta investigazzjoni interna, waqt li l-Ispettur ġie trasferit b’mod immedjat sakemm kien għaddej il-proċess.
Rapport fit-Times jisħaq li, f’dan il-perjodu ta’ investigazzjoni interna, resqu ’l quddiem iżjed persuni, li allegatament sfaw vittmi, li pprovdew aktar provi dwar l-imġieba tal-Ispettur.
Hu mifhum li l-fastidji sesswali saru partikolarment permezz ta’ messaġġi indiċenti lill-uffiċjali nisa u li qed serji f’għajnejn il-Korp għax iwasslu għal reati u, għaldaqstant, ġie sospiż minnufih.