“Kien Papa qalb in-nies, b’qalb miftuħa għal kulħadd”.
Dan intqal mid-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali, il-Kardinal Taljan Giovanni Battista Re, li għandu 91 sena, u waqt atmosfera ta’ ġabra, sellem il-memorja ta’ Papa Franġisku u l-legat li ħalla warajh.
Għall-quddiesa tal-funeral Papa Franġisku attendew 224 kardinal, fosthom il-Kardinal Malti Mario Grech u aktar minn 750 isqof, b’total ta’ aktar 980 konċelebrant.
Fl-omelija tiegħu, il-Kardinal Taljan ta ġieħ ukoll “it-tmexxija pastorali” tal-Papa Franġisku, li skontu kienet immarkata mill-personalità b’saħħitha li kellu.
“Stabbilixxa kuntatt dirett man-nies u mal-popli, bil-ħerqa li jkun qrib kulħadd, b’attenzjoni partikolari għal dawk li kienu f’diffikultà, b’mod speċjali lil dawk immarġinati u lill-inqas fostna,” qal il-Kardinal Taljan Battista Re.
Intqal li “kien ukoll Papa li kien attent għas-sinjali taż-żminijiet.”
“He was a Pope amongst the people, with an open heart towards everyone. He was also a pope attentive to the signs of the times and what the holy spirit was awakening in church.”
L-omelija tiegħu, quddiem il-mexxejja dinjija u li nstemgħet minn udjenza globali ta’ miljuni, irrepetiet ukoll waħda mill-aktar kritiċi qawwija tal-Papa lejn il-President Amerikan, Donald Trump, billi appella biex nibnu l-pontijiet u mhux il-ħitan.
Spjega li fl-aħħar jiem ta’ ħajtu, minkejja li kellu problemi ta’ saħħa, il-Papa Franġisku xorta ħareġ isellem lin-nies fl-Għid il-Kbir. Dan għaliex ix-xewqa tiegħu dakinhar kienet li jagħti l-barka lin-nies u wara jinżel qalb il-folla.
Fl-aħħar tkellem kif il-pontifikat tal-Papa mess il-qlub u l-imħuħ tan-nies. Qal li l-għażla ta’ ismu, Papa Franġisku, tirrifletti l-pjan pastorali u l-istil li bih ried imexxi l-pontifikat.
“The decision to take the name Francesco, immediately indicate the pastoral plan and style on which he wanted to pace his pontificate. Seeking inspiration from the spirit as St Francis of Assisi.”