Kollox lest fi Pjazza San Pietru, fil-Vatikan, fejn se ssir il-quddiesa tal-funeral għall-Papa Franġisku fid-10:00 ta’ filgħodu.
Il-Kardinal Giovanni Battista Re, id-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali, se jikkonċelebra din il-quddiesa, li se tiġi kkoncelebrata minn Patrijarki, Kardinali, Arċisqfijiet, Isqfijiet u saċerdoti minn madwar id-dinja.
Iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika se tispiċċa bl-“Ultima commendatio” u l-“Valedictio”. Skont il-ġurnal Taljan Corriere della Sera, il-Kardinal Dekan se jbierek it-tebut tal-Papa Franġisku bl-ilma qaddis u l-inċens, f’ġest li jimmarka l-bidu tan-“novemdiales” – id-disat ijiem ta’ luttu wara l-mewt tal-Papa.
Il-katavru mbagħad se jittieħed f’purċissjoni solenni lejn il-Bażilika ta’ Santa Marija Maġġuri, f’Ruma, li fiha l-Papa Franġisku għażel li jindifen.