Indjan ta’ 26 sena u residenti l-Furjana weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għal xi l-għaxra tal-bieraħ filgħaxija fi Triq Kordin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Hyosung Karion, tilef il-kontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.