Mit-8:30 ta’ filgħodu ’l quddiem, l-istazzjon ONE se jxandar programm speċjali fil-jum meta se tingħata l-aħħar tislima lill-Papa Franġisku.
Dan il-programm se jinkludi bosta intervisti, servizzi u anki kollegamenti diretti ma’ crew ta’ ONE News li jinsab il-Vatikan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Imbagħad fl-10am se tixxandar l-aħħar tislima lill-Papa Franġisku.
Dan il-programm, fuq it-televiżjoni u r-radju, se jkun ippreżentat minn Antoinette Falzon.