Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela sellem il-memorja tal-Papa Franġisku, bl-iffirmar tal-ktieb tal-kondoljanzi, li jinsab fin-Nunzjatura Appostolika f’Tal-Virtù, ir-Rabat.
Hawnhekk Dr Abela ġie milqugħ min-Nunzju Appostoliku għal Malta, Savio Hon Tai-Fai.
Fil-messaġġ tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela sellem lill-Papa deskritt bħala “bniedem li kellu kariżma, ġentilezza u fidi sħiħa fl-importanza tal-paċi”.
Dr Abela qal li kellu l-unur li jiltaqa’ mal-Papa Franġisku diversi drabi. Fost il-laqgħa li semma, il-Prim Ministru fakkar fiż-żjara fil-Vatikan fejn qal li tkellmu dwar diversi temi, inkluż l-immigrazzjoni u l-umanità li biha tiġi ttrattata din l-isfida, l-ambjent u l-ugwaljanza, fost oħrajn.
Il-Prim Ministru Robert Abela temm il-messaġġ tiegħu billi qal li “d-dinja tilfet raġel kbir, iżda l-legat li ħalla warajh, fosthom l-imħabba u l-maħfra lejn min żbalja fil-ħajja, se jibqgħu ħajjin warajh.”
AQRA AKTAR: