Raġel ta’ 29 sena minn San Ġwann weġġa’ gravi dalgħodu f’inċident bejn mutur u karozza fil-Marsa/Ħamrun Bypass. Il-ħabta seħħet għall-ħabta tad-9:30am bejn mutur Kymco Agility u BMW X5 misjuqa minn raġel ta’ 40 sena minn San Pawl il-Baħar.
Tim mediku wasal fuq il-post u l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.