Wara snin twal t’abbandun u anke lok għall-abbużi, Ġnien Salvu Baldacchino f’Ħal Qormi għadu kemm ingħata dehra ġdida u moderna, wara li ġie rinnovat u attrezzat għall-ħtiġijiet tar-residenti u kull min iżur iż-żona.
Fost l-oħrajn, ix-xogħlijiet hawnhekk inkludew lasktu ġdid għall-art, li wkoll jagħmel il-ġnien aktar sigur.
Is-Sindku tal-lokal, Josef Masini Vento, qal li l-kunsill ħass il-ħtieġa li dan il-ġnien jissemma għal Salvu Baldacchino, magħruf bħala “Tal-Mejlaq”, li kien l-ewwel operatur Licence C tal-Kamra tan-Nar 23 t’April, li wkoll tinsab qrib il-post.
“Il-ġnien jinsab fil-qalba tal-housing estate Tal-Blat. Kif qegħdin naraw u b’dan il-mod minħabba li għamilna rinnovar estensiv se nkunu ukoll qiegħdin intejbu ħafna ż-żona u l-akwata t’hawn fuq.”
Josef Masini Vento, Sindku Hal Qormi
Fl-inawgurazzjoni, fejn kienu preżenti l-kunsillieri Qriema u għadd ta’ persuni oħrajn, ġie mbierek dan il-post ġdid ta’ rikreazzjoni għall-familji.