Ġurnalist internazzjonali u kaċċatur mid-Danimarka qatta’ tlett ijiem mal-kaċċaturi Maltin biex isegwi t-tradizzjonijiet u l-metodi differenti, li ilhom jeżistu għal għexieren ta’ snin fil-kaċċa.
ONE News iltaqa’ ma’ Jens Ulrik Hogh fejn sostna li, avolja l-kaċċa fil-pajjiżi Skandinavi hi kompletament differenti minn dik ta’ pajjiżna, għax jikkaċċjaw aktar għal annimali kbar għal-laħam, waqt li f’Malta nikkaċċjaw għal tipi differenti ta’ għasafar skont l-istaġun, il-passjoni li ra f’għajnejn il-kaċċaturi lokali hi kbira, l-istess madwar id-dinja kollha.
“The biggest similarity between hunters all over the word I find is the passion they feel about hunting. We hunted now for three days and the hunters I was with shot one turtledove this morning and they were so happy and so passionate and they spent so much time preparing, sitting there waiting in expectation, coming with their trained dogs that they spent all year working with. The passionate is the same for a Maltese hunter going for a turtledove and for a Swedish hunter going for a moose.”
Jens Ulrik Hogh, Ġurnalist u Kaċċatur
Jens kompla jgħidilna li madwar l-Ewropa sema’ diversi stejjer li ma jagħmlux ġieħ il-vera passjoni tal-kaċċaturi, deskritti bħala tal-waħx. Għaldaqstant iddeċieda li jiġi Malta u jikteb storja biex ikompli jgħallem lin-nies dwar kif fil-fatt dan kien biss miżinformazzjoni.
Eżempju ta’ dan hu l-ammont ta’ għasafar li jiġu kkaċċjati f’Malta, ferm ’il bogħod mill-perċezzjoni li tipprova tingħata b’qerq.
Il-ġurnalist barrani tenna li Malta hi ta’ eżempju għal pajjiżi oħrajn ta’ kif ir-rivoluzzjoni li saret fil-kaċċa hi lejn waħda aktar sostennibli u n-nies għandhom ikunu jafu dwar dan.
“And what I see here is that the Maltese Hunting Federation have worked very hard to find ways to document that what they are doing is sustainable and to adjust to the changing situation. So it’s a very positive story that people in my part of the world haven’t heard about so my job is going back and explaining that this has been actually been done. It’s important because we can use some of the experience that has been here in Malta to solve similar issues.”
Jens Ulrik Hogh, Ġurnalist u Kaċċatur
ONE News tkellem ukoll mal-President tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti, l-FKNK, dwar kif din kienet esperjenza unika li ġurnalist internazzjonali jista’ jiġi u jara l-ħin u l-passjoni li tieħu namra bħal din kemm jekk inti Malti kif ukoll jekk int barrani.
“Jens kellimni u qalli nixtieq nagħmel fact finding fuq Malta … għedtlu ejja bil-qalb kollha u tesperjenzaha inti stess. U, matul dawn it-tlett ijiem, fehem aktar u ltaqa’ ma’ diversi kaċċaturi. Esperjenza l-ħin u l-passjoni li nqattgħu aħna sigħat twal hemm barra u li, fl-aħħar mill-aħħar, naqsmu l-istess passjoni, issa jekk intix Malti, jekk intix Żvediż, naqsmu l-istess passjoni u dejjem għall-ġid tal-konservazzjoni tal-biodiversità mhux biss għall-benefiċċju tal-kaċċatur, imma għall-Ewropej kollha.”
Lucas Micallef, President FKNK