Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ April 2025, fis-6:30pm, fil-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Għar u San Duminku, ir-Rabat, il-Majjistru Ġenerali tal-Ordni tal-Predikaturi, Fra Gerard Francisco Timoner III OP, ser jiċċelebra quddiesa għall-Familja Dumnikana Maltija.
Il-quddiesa ser tkun qed tiġi ċċelebrata fl-okkażjoni tal-Laqgħa Inter-Ewropea tal-Ordni tal-Predikaturi (IEOP) li din is-sena qiegħda ssir Malta. Kull sena, din il-laqgħa ġġib flimkien madwar 23 provinċjal Dumnikan minn madwar il-kontinent u matulha jiġu diskussi l-isfidi u l-viżjoni għall-Ordni Dumnikan fl-Ewropa.
Kulħadd huwa mistieden biex jieħu sehem f’din l-okkażjoni, b’mod partikolari, il-ħbieb, benefatturi u membri tal-Familja Dumnikana Maltija.
