Terremot b’qawwa inizjali ta’ 6.2 heżżeż il-belt ta’ Istanbul fit-Turkija iżda s’issa ma kienux irrappurtati ħsarat jew nies feruti. Dan kien wieħed mill-aktar qawwija f’dawn l-aħħar snin minkejja li terremoti fit-Turkija huma komuni minħabba l-lokazzjoni ġeografika tal-pajjiż.
Skont il-US Geological Survey, it-terremot oriġina f’fond ta’ 10 kilometri bl-epiċentru jkun 40 kilometru fil-Lbiċ ta’ Istanbul fil-Baħar ta’ Marmara.
It-theżżiża nħasset ukoll fil-Bulgarija, il-Greċja u r-Rumanija.
Ħafna persuni dehru jiġru fit-toroq hekk kif evakwaw il-binjiet jiċċaqalqu bit-theżżiża bi preżentattriċi tas-CNN fit-Turkija dehret iżżomm mal-bank ta’ quddiema waqt xandira live.
Qed jiġi rrappurtat li persuna weġġgħet hekk kif qabżet minn gallarija waqt it-theżżiża.