It-tebut b’ġisem Papa Franġisku issa jinsab fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan bil-għan li jkun għall-qima tal-pubbliku.
Għall-ħabta tad-disgħa u kwart tal-Erbgħa filgħodu, it-tebut b’Papa Franġisku ħareġ minn Casa Santa Marta, ir-residenza privata tal-Papa.
Fil-kappella ta’ din ir-residenza, kien hemm it-talb mill-Camerlengo, il-Kardinal Amerikan Joseph Farrell, flimkien ma’ numru ta’ Kardinali
Waqt din il-purċissjoni, kien hemm preżenti wkoll numru ta’ membri tal-Kleru, waqt it-tebut kien imdawwar bil-Gwardja Żvizzera – li r-rwol tagħha hu li tipproteġi lill-Kap tal-Knisja Kattolika.
Fi Pjazza San Pietru quddiem il-Bażilka kien hemm eluf ta’ persuni sabiex isegwu din il-purċissjoni. X’ħin wasal quddiem il-Bażilika, in-nies preżenti ċapċpu b’turija ta’ rispett lejn Papa Franġisku.
Għad-daqq ta’ moti kiebja, dawk preżenti talbu għall-Papa Franġisku.
Fil-Bażilika ta’ San Pietru, x’ħin it-tebut b’Papa Franġisku tpoġġa quddiem l-artar maġġuri, il-Kardinali talbu lkoll flimkien.
It-tebut se jibqa’ fil-Bażilika sas-Sibt li ġej filgħodu, meta jsir il-funeral ta’ Papa Franġisku. Dan meta dakinhar fl-10am se jsir il-funeral fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

