Taljana ta’ 48 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Bormla.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Nissan March, li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 48 sena li jgħix il-Kalkara.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.