Fil-ġimgħat li ġejjin, se jibdew xogħolijiet biex tinbena triq ġdida bejn Ħaż-Żabbar u l-Kalkara.
Dan sabiex titjieb il-konettività f’din in-naħa t’isfel ta’ Malta.
Din il-konnessjoni bejn dawn iż-żewġ lokalitajiet se tibda minn Bieb is-Sultan f’Ħaż-Żabbar sal-Kunvent tal-Kapuċċini fil-Kalkara.
Il-proġett jara li jitjiebu t-toroq li diġà jeżistu u l-bini ta’ triq ġdida.
Permezz ta’ din it-triq se jgħaddu b’mod dirett minn din it-triq ġdida mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu fit-toroq residenzjali tal-Kottonera.
Apparti din it-triq il-ġdida fuq medda ta’ wieħed punt sitta kilometri se tinkludi wkoll korsijiet pedonali u ċiklisti.
Dan tħabbar waqt konferenza li saret minn Transport Malta u Infrastructure Malta, fejn spejgaw li ġew rreveduti l-pjanijiet tagħhom għal din it-triq.
Bil-pjanijiet aġġornati, l-art agrikola li se tittieħed għal dan il-proġett hija waħda limitata u x-xogħlijiet se jikkumplimentaw il-wirt kulturali.
Il-Perit ta’ Transport Malta, Antoinette Conti spjegat aktar dwar il-proġett.
“Il-proġett jinkonsisti f’link road li parti sostanzjali minnha diġa teżisti, però se tiġi upgraded u l-parti li ma teżistix sa ssir biex ikun hemm din il-konnetività. Meta nirreferu għal konnetività qed nirriferu għal dak li għandu x’ jaqsam mobiltà differenti bħal roti u mixi.”
Perit ta’ Transport Malta, Antoinette Conti
Il-Perit Walter Portelli, Kap tat-Taqsima tal-Proġetti Ewlenin fi ħdan Infrastructure Malta, qal li l-proġett se jsir f’fażijiet, bl-ewwel waħda tibda sa tmiem ix-xahar id-dieħel.
Il-proġett mistenni jieħu bejn tlieta u erba’ snina biex jitlesta, b’investiment totali ta’ tmien miljun ewro.