Anzjan ta’ 71 sena mix-Xewkija nstab mejjet fil-baħar qrib Kemmuna.
Kien għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar, meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna wiċċha ‘l isfel fil-baħar qrib Kemmuna.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li minnaħa tagħhom marru fuq il-post fejn sabu raġel li deher mitluf minn sensih, tellgħuh l-art fil-Port tal-Imġarr, f’Għawdex, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Brigitte Sultana li ħatret inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.