Jumejn wara l-ikbar festa tal-Knisja Kattolika. Minkejja dan, din is-sena, b’differenza l-Knejjes tajjru l-bnadar tagħhom mezz’asta.
Magħhom ingħaqdu binjiet u entitajiet tal-Gvern, għaqdiet u soċjetajiet mużikali u bnadar oħra fl-irħula u bliet ta’ madwar pajjiżna.
Dan kollu, b’sens ta’ luttu, qima u rispett lejn Papa Franġisku.
Ftit sigħat wara li tħabbret il-mewt ta’ Papa Franġisku, ONE News rħilha sal-monti ta’ Bormla u l-Birgu jistaqsi r-reazzjoni tan-nies.
Sejjħulu qaddis – raġel li għamel tant ġid ma kulħadd.
Mfaħħar ukoll għall-umiltà tiegħu, Papa li ħadem għall-kompassjoni, il-paċi u l-għaqda.
In-nies fakkru wkoll l-aħħar dehra pubblika ta’ Papa Franġisku f’jum l-Għid.
Bosta semmew meta Papa Franġisku ġie fostna.
Hemm min iddispjaċih li ma rawx lil Papa Franġisku meta żar Malta.
Il-Maltin qalu tagħhom ukoll dwar is-suċċessur ta’ Papa Franġisku.