Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, turi kif id-defiċit tal-Gvern kompla jonqos biex issa jammonta għal 3.7% tal-Prodott Gross Domestiku, PGD.
Barra minn hekk, id-dejn tal-Gvern ukoll kompla jonqos għal 47.4%. B’dan huwa inqas mis-sittin fil-mija stabbilit fit-Trattat ta’ Maastricht tal-Unjoni Ewropea.
Ħarsa lejn in-numri turi kif id-defiċit għall-2024 naqas b’€146.3 miljun minn fuq is-sena ta’ qabel, għal €825.3 miljun. Min-naħa l-oħra d-dejn mill-2023 għall-2024 naqas b’0.5% meta mqabbel mal-PGD u jammonta għal €10,648.4 miljun.