Lejliet il-bidu tax-xahar t’April, li madwar id-dinja jqajjem kuxjenza dwar l-Awtiżmu, l-fondazzjoni Marigold kienet ewlenija fl-attivita’ Light it up Blue li din id-darba saret fil-gżira Għawdxija.
B’hekk Malta tpoġġiet fuq il-mappa tad-dinja billi ingħaqdet mal-akbar organizzazjoni dinjija favur l-Awtiżmu, Autism Speaks u għar-raba sena konsekuttiva ingħaqdet fil-kampanja dinjija tagħhom Light it up Blue.
Avveniment annwali dinji maħsub biex iqajjem kuxjenza dinjija dwar din il-kundizzjoni li tant hi mifruxa madwar id-dinja u li qed titqies bħala waħda mill-problemi akuti ta’ saħħa madwar id-dinja.
Fis-snin li għaddew, inxtelgħu l-Berġa ta’ Kastilja, Dar il- Mediterran u anke l-binja tal-parlament il-ġdid.
Fid-diskors tal-okkażjoni tagħha, is-sinjura Michelle Muscat, President tal-fondazzjoni Marigold qalet li l-idea hija li tinħoloq kuxjenxa ma’ nies li joperaw f’setturi differenti u mhux biss f’ dak mediku