L-aħħar tislima lill-Aġent President ta’ Malta Francis Zammit Dimech se tingħata nhar il-Ħamis li ġej.
Din l-aħħar tislima lil Zammit Dimech se ssir il-Ħamis fis-2pm fil-Knisja ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu, fil-Balluta.
Zammit Dimech serva fil-Parlament għal tletin sena fil-Parlament, bejn l-1987 u l-2017. Fis-sentejn ta’ wara serva bħala Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Fl-aħħar sena, minndu bdiet il-Presidenza ta’ Myriam Spiteri Debono, Zammit Dimech serva bħala Aġent President ta’ Malta.