Il-Mewt tal-Papa Franġisku ġie kkawżata minħabba Puplesija fost l-oħrajn.
Dan ikkonfermah id-Direttur tad-Direttorat tas-Saħħa u l-Iġjene tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, Dr. Andrea Arcangeli, li ħareġ ir-rapport mediku uffiċjali dwar il-mewt tal-Papa.
Il-kawża tal-mewt tal-Papa Franġisku ġiet identifikata bħala puplesija, segwita minn koma u kollass kardjovaskulari irreversibbli.
Skont ir-rapport mediku, il-Papa kellu storja ta’ problemi respiratorji akuti.