Waqt kollegament f’telefoniku fuq il-programm speċjali li xxandar fuq ONE, il-President Emeritu George Abela ddeskriva lill-Papa Franġisku bħala raġel li dejjem kien man-nies, anke meta kien rikoverat u wara li ħareġ mill-isptar, fl-aħħar żmien ta’ ħajtu.
Il-President Emeritu George Abela kompla jgħid kif il-papa ġie fi żmien opportun, hekk kif kien hemm il-bżonn li tibdil fil-mentalità tal-poplu.
Hu temm jgħid kif il-Papa dejjem kien umli u kien hawn li semma kif fil-bidu, il-Papa, li ħalla din id-dinja ftit ħin ilu, ma kienx qed jistenna li jkun hu fil-kariga ta’ mexxej tal-Kristjani madwar id-dinja.