Permezz ta’ kollegament telefoniku, f’edizzjoni speċjali ta’ ONE News, il-President Emeritu ta’ Malta George Vella qal kif hu jinsab ixxokjat bl-aħbar tal-mewt tal-papa.
Il-President Emeritu ddeskriva t-terminu ta’ Papa Franġisku bħala vitali għall-iżvilupp fil-mentalità tal-knisja kif ukoll iddeskriva lilu bħala progerssiv u kkontribwixxa sabiex il-knisja, aktar ma jmur, tkun aktar viċin in-nies hekk kif hu kien l-aktar papa li niżel fost in-nies.
Dan anke deher il-bieraħ waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid.