Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-Papa Franġisku, li ħalla din id-dinja dalgħodu. Intqal li huwa se jibqa’ mfakkar għall-umiltà tiegħu, il-kuxjenza soċjali u l-appelli kontinwi għall-paċi fid-dinja.
Il-Partit Laburista qal li l-ħidma fis-skiet mal-iktar persuni vulnerabbli tas-soċjetà, l-għaqda u d-djalogu li baqa’ jisħaq fuqhom sal-aħħar ta’ mewtu, u r-riformi fil-Knisja Kattolika Rumana biex tkun iktar inklussiva se jibqgħu jiddistingwuh minn Papiet oħrajn.
Il-Partit Laburista temm jgħid li kien bniedem tan-nies u daħal fil-qlub ta’ ħafna, inkluż Maltin u Għawdxin, meta żar pajjiżna f’April ta’ tliet snin ilu.