Fl-akbar festa tal-Knisja Kattolika, ONE News iltaqa’ ma’ Mikhail Scicluna, żagħżugħ li l-hena tiegħu jdoqq il-qniepen.
Crew ta’ ONE News mar fil-kampnar tar-Rotunda tal-Mosta.
Hawnhekk stajna nsegwu aħjar mill-qrib tradizzjoni li ilha ssir sa minn żmien il-qedem, id-daqq tal-qniepen, li fil-qedem kienu jsegwu mat-tokki tagħhom għall-ħin u anki għall-ħin tal-quddiesa.
Scicluna spjega li hu ilu jdoqq il-qniepen minn minndu kellu biss tliet snin.
Huwa spjegalna li l-ewwel qampiena f’Malta waslet fis-seklu tlettax, li tpoġġiet mal-Katidral tal-Imdina, iżda din m’għandiex tindaqq minħabba li ġarrbet ħsarat u llum il-ġurnata tinsab fil-mużew tal-.
L-ewwel qanpiena fil-Mosta waslet fis-seklu tmintax, segwita minn qanpiena oħra li waslet fil-Mosta madwar mitejn sena ilu.
“Fil-Ġimgħa l-Kbira jiefqu l-qniepen ħabba l-mewt ta’ Kristu u f’Sibt il-Għid bħal bieraħ filgħaxija nerġgħu nibdew indoqqu l-qniepen mal-Glorja. Bħala fl-Għid, aħna l-Mosta ndoqqu ngħidulhom tliet moti, qabel il-quddiesa ta’ filgħodu tad-9.30. Indoqqu nofs siegħa f’nofsinhar, imbagħad nerġgħu ndoqqu tliet moti għall-quddiesa konċelebrata li ssir filgħaxija u ovvjament għall-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt, imbagħad.”
Iż-żagħżum temm jgħid magħna li f’Ħadd il-Għid jindaqqu l-qniepen kollha tal-knejjes ta’ Malta, għaliex il-festa ta’ Kristu Rxoxt hi l-ikbar waħda fil-kalendarju annwali tal-Knisja Kattolika.