Sewwieq ta’ mutur ta’ 72 sena li jgħix Birkirkara weġġa’ gravi b’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara mir-Repubblika Ċeka ta’ 31 sena li tgħix il-Mosta u l-mutur.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.