Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Gvern se jagħti donazzjoni ta’ €50,000 mill-Fond tal-Kawżi Soċjali.
Dr Abela ħabbar dan meta kien preżenti fl-istudios fejn qed tixxandar il-maratona ta’ Puttinu Cares f’jum il-Ġimgħa l-Kbira.
F’messaġġ li għamel, il-Prim Ministru tenna l-importanza tal-għajnuna mill-poplu Malti, bil-pazjenti jiffokkaw fuq il-kura tagħhom.
Il-Prim Ministru qal li dan hu jum ta’ għaqda nazzjonali, bil-għan li jtejjeb il-ħajja ta’ dawk li jkollhom bżonn l-għajnuna.