Illum tħabbret il-mewt tal-Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ, Tonio Casapinta, fl-età ta’ 68 sena.
Casapinta daħal membru mal-Kamra tal-Kummerċ fl-1985 fejn serva bħala membru u kif ukoll Viċi President ta’ għadd ta’ kumitati.
Hu nħatar Chairman tal-Kunsill għal-Lvant Nofsani u Deputat President tal-Kunsill għan-Negozju fl-Afrika fl-2013.
Sentejn ilu Casapinta nħatar bħala Direttur fuq il-bord ta’ TradeMalta u fl-istess sena nħatar Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ.