Wirja fil-Ħamrun qegħda tesebixxi xi ħaġa ġdida u mill-isbaħ għal-dawk kolla li se jagħżlu biex iżuruha.
Din il-wirja, f’102A, Triq San Gejtanu, minbarra li se tesebixxi statwi u figuri mill-Ġimgħa l-Kbira kif normalment dak li jkun jara, se tkun qiegħda esklussivament tesebwixxi knisja armata għall-Ġimgħa Mqaddsa f’forma ta’ mudell li juri dak kollu li wieħed jsib fil-knejjes Maltin għal-dan iż-żmien tas-sena.

Il-wirja tinkludi wkoll ċenaklu life-size fuq stil Lhudi, b’figuri dettaljati mfasslin u maħduma mill-artist Għawdxi James Azzopardi, li jgħinu lil minn iżur din il-wirja jidħol fl-atmosfera tal-Aħħar Ċena.
Apparti hekk, il-wirja tinkludi wkoll sett ta’ vari artistiċi xogħol l-istatwarju Pawlu Aquilina u statwi antiki maħdumin mid-Disma.
Wieħed jista’ jżur il-paġna tal-wirja fuq Facebook għal aktar dettalji.