Persuni li jgħixu f’villaġġ f’Nottinghamshire ċċelebraw għeluq snin ħofra, komplut b’kejk, wara li kienu ilhom jilmentaw mal-kunsill dwarha għal madwar sentejn.
Waħda mill-kelliema, Vonnie Daykin, qal li l-ħofra feġġet għall-ewwel darba fit-triq prinċipali f’Plumtree f’Marzu tal-2015.
Hi u ċittadini oħra rrapportaw din il-ħofra lill-Kunsill Lokali ta’ Nottinghamshire, iżda l-ħofra baqgħet hemm u kompliet tikber.
Għalekk biex tiġbed l-attenzjoni fuq din il-ħofra, ħadet ritratt tal-ħofra flimkien ma’ kejk impoġġi fit-triq, komplut bix-xemgħat.
Wara li tpoġġa fuq il-midja soċjali, il-kunsill irrisponda u kiteb li se jkun qed jispezzjona din il-ħofra fis-sebat ijiem illi ġejjin.