Wara nixfa kbira li ħakmet diversi żoni fl-Indja, serp King cobra rnexxielu jasal f’villaġġ biex isib x’jixrob. Għalkemm dan it-tip ta’ serp hu magħruf ħafna għal kemm hu perikoluż, l-imħabba li għandhom in-nies f’dan il-villaġġ kienet ikbar mill-biża’ li kellhom lejn dan is-serp.
Il-persuni tal-villaġġ indunaw li dan is-serp tant kien iddisprat meta beda jaffronta u jersaq lejn kull persuna, sabiex forsi xi ħadd iħenn għalih u joffrilu x’jixrob. Minn hemm bdew l-operazzjoni biex jgħinuh.
L-ewwel bdew billi persuna qabdet denb is-serp sabiex ma jattakkax, u persuna oħra marret bi flixkun quddiem is-serp. L-ewwel xarrablu ftit rasu sabiex iħoss ftit inqas sħana u kif ressaq il-flixkun quddiemu, beda jixrob minn ġol flixkun. Wara hu ttieħed f’santwarju fejn jieħdu ħsieb l-annimali.
Ara l-filmat hawn isfel.