Il-Partit Laburista jinnota l-appoġġ wiesa’ għall-Viżjoni Malta 2050 u jappella lill-Oppożizzjoni sabiex televa ruħha fil-pożizzjoni tagħha b’rabta ma’ dan il-proċess nazzjonali.
Ġimgħa mindu saret it-tnedija mill-Gvern tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-bażi tal-Viżjoni Malta 2050, din diġà sabet appoġġ wiesa’ mill-korpi kostitwiti u s-soċjetà ċivili.
Apparti għadd ta’ entitajiet privati u tan-negozju li ħarġu jfaħħru dan il-proċess, kien hemm wkoll għadd ta’ ekonomisti prinċipali li laqgħu il-proposti ewlenin u anke numru ta’ editorjali tal-gazzetti li mmarkaw dawn it-tħabbriiet b’mod pożittiv.
Sfortunatament jidher il-Partit Nazzjonalista qiegħed jibqa’ jkun l-uniku sieħeb li mhux lest għall-isfida li għandu quddiemu pajjiżna f’dan ir-rigward.
Il-Partit Nazzjonalista qed ikun inkonsistenti fl-istqarrijiet, l-artikli u d-dikjarazzjonijiet pubbliċi li qed isiru mill-Kap u d-deputati Nazzjonalisti. Tant li jidher li hemm qasma dwar il-pożizzjoni li qed tittieħed b’rabta ma’ din il-viżjoni.
Filwaqt li d-deputati Nazzjonalisti Jerome Caruana Cilia, Ivan J Bartolo u Ivan Castillo ma kienux partiġġjani dwar il-Viżjoni Malta 2050 u appellaw għall-maturità politika u d-djalogu għall-ġid komuni, min-naħa l-oħra l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kien distruttiv u negattiv f’dan ir-rigward.
Il-Partit Laburist serenemaent u sinċerament jappella lill-Partit Nazzjonalista biex jeleva ruħu mill-partiġġjaniżmu politiku u ma jibqax inkonsistenti u maqsum dwar il-Viżjoni Malta 2050.
Il-Partit Laburista jtenni li din il-Viżjoni għandha tkun proċess ta’ viżjoni nazzjonali li tgħaqqad lill-pajjiż u lill-poplu kollu f’daqqa u mhux jifirdu, għax il-Viżjoni hija ntiża li nħarsu ‘l quddiem b’ottimiżmu lejn il-futur ta’ pajjiżna.